Lokali

Konferenza f’Jum il-Mara LIVE fuq Net TV

Nhar il-Ġimgħa jitfakkar Jum il-Mara, u għal din il-ġurnata l-PN ħaseb biex tiġi organizzata konferenza bit-tema ‘Mara Suċċess’.

Din il-konferenza se tixxandar dirett fuq Net TV u Facebook Live.

Fost il-parteċipanti se jkun hemm kelliema ġejjin minn kull settur tas-soċjeta’.

Kien fl-1975 meta n-Nazzjonijiet Uniti ddedikaw il-ġurnata tat-8 ta’ Marzu bħala l-Jum Internazzjonali tal-Mara. Din is-sena, diversi komunitajiet qed jiffukaw il-kampanja tagħhom fuq il-bżonn li fis-soċjeta tagħna nsibu bilanċ bejn is-sessi, dejjem b’rabta mal-ugwaljanza.