Lokali

Tliet tfal u adult iweġġgħu waqt attività għall-karità

Inċident li fih kienu nvoluti erba’ vetturi wassal biex tliet tfal u l-adult li kien qed isuqhom ittieħdu għall-kura. Fortunatament ħadd minnhom ma sofra ġrieħi gravi, bit-tfal li qed jinżammu l-isptar għall-osservazzjoni.

L-inċident seħħ fi Triq il-Labour, il-Marsa, meta waħda mill-vetturi laqtet lil ta’ quddiemha f’inċident bumper to bumper li eventwalment involva lil erba’ vetturi.

Il-vetturi lkoll kienu mgħobbija bit-tfal minn djar residenzjali li kienu qed jittieħdu f’dawra madwar Malta għal sensiela ta’ parties u attivitajiet organizzati f’jum speċjali għalihom.