Lokali

Jistupra lill-eks mara tiegħu lejliet il-Milied

Libjan se jinżamm fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli wara li lejliet il-Milied stupra lill-eks mara tiegħu fl-appartament tagħha f’Tas-Sliema.

Il-Libjan, li għandu wkoll xi ulied mill-istess mara, saħansitra reġa’ mar għall-mara wara li kien infurmat mill-Pulizija li sar rapport fil-konfront tiegħu.

Il-Qorti rrifjutat it-talba għall-ħarsien mill-arrest hekk kif il-Libjan kien qed jippjana li jaħrab minn Malta, ċempel lill-mara anke waqt li kien taħt arrest u għamel kuntatt ukoll ma’ persuni li għad iridu jixhdu.

Fil-Qorti nstema’ li r-raġel għandu tendenzi suwiċidali u għalhekk il-Maġistrat Gabriella Vella ddeċidiet li jkun aħjar jekk ma jintbagħat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Fuqu tpoġġew fuqu kundizzjonijiet stretti, fost oħrajn li ma jagħmilx kuntatt mal-mara, u kien imwiddeb li jekk jikser dawn il-kundizzjonijiet jeħel multa ta’ €7,000 u sentenza ta’ ħabs.