Lokali

Żewġ inċidenti separati fl-istess triq joħolqu konġestjoni kbira tat-traffiku

Għall-ħabta tat-3 ta’ waranofsinhar seħħew żewġ inċidenti separati tat-traffiku fi Triq Mikiel Anton Vassalli li ħolqu konġestjoni ta’ traffiku fl-inħawi ta’ San Ġiljan.

L-inċidenti seħħew ftit metri bogħod minn xulxin f’direzzjoni opposti ta’ xulxin.

F’inċident minnhom li seħħ fit-triq direzzjoni lejn Pembroke, karozza ħabtet ġo ħajt, filwaqt fit-triq opposta direzzjoni lejn Santa Venera kien hemm ħabta bejn vann privat u karozza tal-linja.

Minn informazzjoni li għandna jidher li ż-żewġ inċidenti mhumiex serji. Is-sewwieqa huma mħeġġa sabies jekk jista’ jkun jużaw rotot alternattivi biex jevitaw it-traffiku li nġema’ kawża ta’ dawn l-inċidenti.