Lokali

Jibbilanċjaw fuq ħajt tal-bricks mingħajr ebda protezzjoni

Għaddew biss ftit ġimgħat minn inċident fatali li ħalla żagħżugħ imdendel għal ftit sekondi, qabel niżel ammont ta’ sulari u tilef ħajtu … iżda jidher li dan l-inċident ftit li xejn affettwa lil żewġ ħaddiema fis-Swieqi.

Ritratti li waslu għand Net News juru lil dawn iż-żewġ ħaddiema jirriskjaw ħajjithom, f’għoli ta’ sulari, waqt li jibbilanċjaw fuq ċint b’wisa’ ta’ blokka tal-bricks bla ebda protezzjoni.

Dwar dan il-każ sar rapport mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi lill-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, li hu mifhum li ħadet azzjoni.