Internazzjonali

Mejtin u midruba fi splużjoni f’highway ta’ Florida

Mietu talanqas seba’ persuni wara ħabta bejn żewġ tractor-trailers enormi u vetturi li kienu mimlijin bil-passiġġieri f’highway ta’ Florida, fl-Istati Uniti.

Fl-inċident inqalbet kwantità ta’ fuel madwar it-triq li kaġunat in-nirien u splużjoni sussegwenti li ħalliet diversi vittmi — bir-rapporti jirreferu wkoll għal numru ta’ midruba.

L-inċident seħħ fuq Interstate 75, lejn in-nofsinar ta’ Alachua, qrib Gainesville.

L-aħħar rapporti qalu wkoll li wħud mill-vittmi ddaħħlu l-isptar bi ġrieħi kritiċi