Futbol Sport

Il-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci qed iżomm it-trasferiment ta’ Steve Pisani ma’ Balzan

(Ritratt: Joseph Galea)

F’dak li kien mistenni jkun wieħed mill-ewwel trasferimenti ta’ Jannar fil-Kampjonat Premier, jidher li għalissa weħel kollox. Steve Pisani deher li se jħalli lil Floriana biex jingħaqad ma’ Balzan.

Kollox jidher li hu maqbul bejn iż-żewġ klabbs u Pisani, iżda minkejja dan jonqos biss li l-President ta’ Floriana Riccardo Gaucci jagħti l-aħħar kelma biex dan it-trasferiment iseħħ. Hu fatt magħruf li Floriana qed jippruvaw isaħħu t-tim speċjalment fis-suq lokali, b’Net Sports hu nfurmat li kienu interessati kemm f’Paul Fenech kif ukoll f’Johann Bezzina, żewġ trasferimenti li seħħew ma’ klabbs oħra.

Pisani hu l-captain u wieħed mill-plejers importanti ta’ Floriana. Il-midfielder ta’ 26 sena kien ingħaqad mal-Furjaniżi f’nofs l-istaġun 2012/2013 mingħand Hibernians.