Lokali Qorti

L-Arċisqof Scicluna jitpoġġa fuq il-lista tal-ekwipaġġ tal-MV Lifeline mingħajr ma kien jaf

Il-kaptan jerġa' jmur jara lil ommu li tinsab marida

Il-Maġistrat Joe Mifsud ikkiritika l-fatt li l-Arċisqof Charles Scicluna tpoġġa fuq il-lista tal-ekwipaġġ tal-vapur MV Lifeline. Din il-miżura kienet ġiet adottata biex huwa jkun jista’ jżur il-vapur.
Dan il-vapur kien fiċ-centru tal-attenzjoni tal-media internazzjonali f’Ġunju li għadda meta kien tħalla jiħdol bi 234 passiġġier immigrant f’Malta. Il-Kaptan tal-vapur Claus Peter Reisch kien tressaq il-Qorti mixli b’diversi reated, fosthom li qabad u daħal fil-port mingħajr permess.

Il-Maġistrat Mifsud qal li kull ma jitgħabba jew jinħatt mill-vapur għandu jsi bil-permessi neċċessarji tal-Qorti. Tenna li l-Qorti tat aċċess limitat għal vapur u l-ekwipaġġ, iżda ġara li l-ġimgħa l-oħra l-Arċisqof tela’ fuq il-vapur biex jesprimi solidarjeta’ ma’ missjoni li qed tagħmel Organiżazzjoni Mhux Governattiva; dik li xogħolha hu li s-salva ħajjiet minn fuq il-baħar.

Il-Qorti qalet li biex issir ostruzzjuni mill-ordni li tat il-Qorti, l-Arċisqof ġie inmiżżel fuq il-lista bħala parti mill-ekwipaġġ u dan fuq il-manifest tal-istess vapur.

Ritratt: Joseph Galea

Il-bidla qalet il-Qorti ġabet stmerrija min xi kwartieri fil-media, iżda l-istess Qorti mill-investigazzjonijiet li għamlet irriżultala li l-Arċisqof Scicluna ma ried bl-ebda mod jisfida lill-Qorti, għax ma kienx jaf li sar xi bdil fil-manifest biex hu jitniżżel bħala parti mill-ekwipaġġ.
“Mhux sew li ġest unanitarju mill-Arċisqof…jiġi deskritt bħala att ta’ sfida minn persuni li għandhom aġenda,” qalet il-Qorti.

Sadanittant, każ li kellu jkompli l-Ġimgħa fuq l-akkużat Claus Peter Reisch ġie pospost biex imur jara lil ommu li tinsab marida.

Il-Qorti ordnat li l-manifest tal-vapur jirifletti im-membri tal-ekwipaġġ u inkoraġixxiet lill-awtoritajiet tal-immigrazzjoni biex ma jħallax din it-tip ta’ dikjarazzjoni milli terġa’ sseħħ. Il-loġika u s-sens komun m’għandhomx iħallu lill-Arċisqofu d-Djoċesi imniżżlin bħala membri tal-ekwipaġġ, u ħwejjeġ bħal dawn m’għandhomx jibqgħu għaddejjin qiesu ma ġara xejn.