Lokali

Il-Kap tal-PN Adrian Delia jikkundanna s-sentenza kontra l-ġurnalista Torka

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia ingħaqad mal-bqija tal-komunità internazzjonali hekk kif ikkundanna l-azzjoni li ttieħdet fil-konfront tal-ġurnalista Torka Pelin Ünker.

Dan saħqu fuq il-midja soċjali ta’ Twitter wara li Pelin Ünker, li tifforma parti mill-Konsorzju Internazzjonali tal-Ġurnalisti Investigattivi, ġiet ikkundannata għal aktar minn sena priġunerija wara r-rappurtaġġ fattwali tagħha dwar is-sidien ta’ kumpaniji minn qraba tal-ispeaker tal-assemblea nazzjonali tat-Turkija.

Adrian Delia ħeġġeġ lill-gvernijiet u istituzzjonijiet Ewropej sabiex jitolbu lill-awtoritajiet Torok sabiex jikkunsidraw din is-sentenza u jwaqqgħu l-akkużi kollha fil-konfront tal-ġurnalista.

MEPs iħeġġu lill-Kummissjoni biex tikkundanna s-sentenza kontra ġurnalista Torka