Lokali

Tkompli s-saga tal-iżvilupp massiċċ f’San Ġiljan

BiI-ftehim li l-Gvern lest li jagħti lil International Hotel Investments (l-IHI) il-kiri mġedded ta’ 99 sena fuq l-art fil-Bajja ta’ San Ġorġ għal proġett ta’ lukanda ta’ sitt stilel, se jippermetti lill-kumpanija tittrasferixxi l-kuntratt lil kwalunkwe kumpanija oħra. Dan kien żvelat fil-gazzetta Maltatoday.

Il-Parlament ta’ Malta mistenni jivvota dwar jekk kirja lill-International Hotel Investments, sid tal-katina tal-lukanda Corinthia kif ukoll il-lukanda Radisson, issa tistax tinbidel sabiex tkun tista’ tiżviluppa bini residenzjali u uffiċini fuq il- kosta.

Il-valutazzjoni ta’ €121 miljun fuq l-art ġiet ukoll imnaqqsa għal €52 miljun bl-iskuża li l-International Hotel Investments xtrat ir-Radisson Hotel u l-Corinthia Marina Hotel. Iżda mnkejja l-iskont bi skuża li sar invstiment turistiku dawn iż-żewġ lukandi se jitwaqqgħu biex mnflokhom jnbnew appartamenti ta’ lussu biex jinbiegħu bi dħul li jaqbeż il-biljun euro.

Il-ftehim propost se jippermetti lill-International Hotel Investments jittrasferixxi d-drittijiet u l-obbligi kollha lil kwalunkwe kumpanija oħra li fiha l-IHI mhix azzjonista waħdieni. L-IHI se jibqa’ responsabbli għas-superviżjoni u l-immaniġġjar tal-proġett sa 85% tal-bini u l-infrastruttura relatata mal-proġett sakemm ikunu kompluti.

Dan jikkonferma dak li qed isostni l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li l-proġett se jsir wieħed ta spekulazzjoni fuq art il-poplu.

Il-gazzetta Maltatoday issostni li l-ftehim se jippermetti wkoll li f’ċirkostanzi ‘ekonomiċi u soċjali eċċezzjonali’ li jistgħu jirriżultaw f’diffikultajiet għall-kumpanija sabiex iżżomm mal-iskeda ta’ żmien biex tlesti l-proġett, jista’ jerġa’ jiġi innegozjat il-ftehim.

Skont dak żvelat mill-istess gazzetta…u li gie imxandar ukoll fil-programm Xtra… il-masterplan proviżorju jinkludi total ta’ tnax-il torri li jvarjaw minn tmienja sa 21 sular. Dawn jinkludu erba’ blokok highrise li jvarjaw minn tmienja sa 13-il sular minflok il-lukanda Marina li tinsab quddiem it-torri approvat tad-DB.

Sadattant fi stqarrija mibghuta lil dan l-istazzjon, il-Grupp Corinthia qed jinsisti li dan mhuwiex il-każ. Il-Corinthia tgħid li dak li intwera fuq ix-xandir nazzjonali “huma biss stampi li ma jirreflettux il-pjan tal-Corinthia”.

Ghal jumejn shah, il-Grupp Corinthia kien baqa’ totalment sieket dwar dak li kien ixxandar fil-programm Xtra. Fl-email mibgħut lil Net News, il-Grupp jikkonferma li qed jippjana żvilupp ta’ żewġ torrijiet residenzjali…. wieħed minnhom ta’ 15-il sular.

L-Oppożizzjoni diġa avżat lill-Gvern li se tkun qed tivvota kontra dan il-kuntratt innegozjat mill-Ministru Konrad Mizzi…. kuntratt li ġie ppreżentat fil-Parlament bl-għaġġla qabel il-festi tal-Milied. Kuntratt li bih il-Gvern se jkun qed ibigħ art li tiswa iktar minn 800 miljun ewro għal madwar 50 miljun.