Sport

Imut l-ex plejer Sud Afrikan Phil Masinga

Tħabbret il-mewt tal-ex plejer tal-futbol Sud Afrikan Phil Masinga fl-età ta’ 49 sena wara battalja twila ma’ marda qerrieda.

Dan ħabbritu l-assoċjazzjoni tal-futbol tal-Afrika t’Isfel hekk kif żgur l-akkaniti tal-futbol tal-Premier Ingliż u Kampjonat Serie A Taljan jiftakruh b’nostalġija.

Masinga kien jifforma parti mill-iskwadra tal-Leeds bejn l-1994 u l-1996 kif ukoll kien l-attakkant ewlieni tal-Bari mill-1997 sal-2001.

Huwa iddebutta mat-tim nazzjonali tal-Afrika t’Isfel f’Lulju tal-1992 kontra l-Kamerun – l-ewwel partita rikonoxxuta mill-FIFA wara l-waqfa tal-Apartheid.

Tul il-karriera tiegħu, Masinga skorja 158 gowl fi 328 partita.