Internazzjonali

Għall-ewwel darba…May titkellem fuq il-possibbiltà li Brexit ma jseħħx

It-Tlieta fil-House of Commons se jittieħed vot importanti fejn id-deputati Ingliżi se jiddeċiedu jekk jaċċettawx jew le il-ftehim għal Brexit li ġie negozjat minn Theresa May.

Il-media Ingliża illum qed tikkwota lil persuni qrib ħafna tal-Prim Ministru Ingliż, illi qed jinsistu li Theresa May qed temmen li r-Renju Unit qed jiffaċja possibilta’ reali li Brexit ma jseħħx.

May qed tgħid illi hemm iktar ċans li l-Parlament jimblokka Brexit milli r-Renju Unit iħalli l-UE mingħajr ftehim.

L-24 siegħa li jmiss qed ikunu kunsidrati kruċjali f’dak li għandu x’jaqsam mal-futur tal-Brittaniċi fl-UE.