Sport Sport Ieħor

Valletta jkomplu minn fejn ħallew fil-kampjonat tal-futsal

Valletta komplew minn fejn ħallew u kisbu l-ħdax-il rebħa li żżommhom b’punti massimi. Dan hekk kif il-Beltin għelbu lit-tim tal-Università bl-iskor ta’ 7-3.

Kienet logħba ferm pjaċevoli u t-tim tal-Università reġa’ kellu wirja ferm pożittiva, tant li kienu tliet darbiet fil-vantaġġ. Valletta kellhom neqsin lill-Kolombjan Camilo Andres Vanegas Gomes u l-plejer Libjan Mohamed Lamari. Għall-Beltin kellna tripletta ta’ Denis Di Maio, gowl kull wieħed għal Gia Nikvasvili u Melvin Borg flimkien mad-doppjetta ta’ Jovica Milijic. Għat-tim tal-Università skorja darbtejn Ervin Rigo u ġmiel ta’ gowl ta’ Daniel Borg.

Il-kampjonat tal-futsal lokali jirritorna mit-Tnejn 4 ta’ Frar wara l-impenji tat-tim nazzjonali Malti għall-fażi ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futsal.

Kampjonat Elite

Riżultati: Tarxien R. v Swieqi U. 2-5 , Luxol v Birkirkara 5-3

Klassifika: Valletta 33 punt, Luxol 30 punt, Swieqi United 24 punt, Università ta’ Malta 15-il punt u Tarxien Rainbows 12-il punt

L-Ewwel Diviżjoni

Riżultati: Pietà H. v Luxol U19 12-0 , Swieqi U21 v UM Futsal Academy 8-3

Klassifika: Pietà Hotspurs 15-il punt, Swieqi United U21 9 punti, UM Futsal Academy 3 punt, Luxol U19 3 punti