Lokali Qorti

John Bundy jgħid li l-Bord tal-PBS kien jaf b’kollox b’dak li kien qed jagħmel

L-ex Kap Eżekuttiv tal-PBS John Bundy qal li l-Board tal-istazzjon nazzjonali kien  jaf b’dak kollox li hu kien qed jagħmel filwaqt li l-infieq minn naħa tal-Bord tad-Diretturi kienet il-kawża ta’ problemi finanzjarji fl-istazzjon nazzjonali. Huwa qal ukoll li numru ta’ deċiżjonijiet meħuda mill-istess Bord ma kienux fl-interess tal-kumpanija.

John Bundy kien qed jixhed fit-talba li huwa qed jagħmel lit-tribunal industrijali dwar tkeċċija nġusta fil-konfront tiegħu minn naħa tal-Bord tad-Diretturi. Huwa kien ingħata l-kariga ta’ Kap Eżekuttiv mal-PBS f’Awwissu tal-2016 u tkeċċa f’Novembru tal-2017 wara vot unanimu kontrih mill-istess Bord. Skont il-PBS huwa kien tkeċċa minħabba li kien kiser i-regolamenti meta ta kuntratt ta’ 500,000 f’kiri ta’ karozzi.

Fix-xhieda tiegħu Bundy qal li fost deċiżjonijiet li ma kienux fl-interess tal- kumpanija kienu li ċ-Chairman tal-Bord allegatament informa sitt pajjiżi li kienu se jipparteċipaw fil-“Junior Eurovision” ta’ Malta li l-PBS kienet se tħallsilhom li spejjeż kollha.

Dwar il-kiri ta’ karozzi John Bundy qal li l-Bord kien jaf b’kollox fuq dak li kien qed jagħmel u fil-fatt kien approvalu li jbiegħ l-karozzi antiki. “Ma naħsibx li xi “Chairman” jagħti l-approvazzjoni tiegħui biex jinbiegħu jew jiġu skreppjati l-karozza l-qodma, mingħajr ma jistaqsi għal xiri ta’ karozzi oħra għal kumpanija,” qal Bundy.

Meta ħa t-tmun tal-istazzjon f’idejh, qal li kien iltaqa’ ma’ ħafna dipartimenti tal-istazzjon biex jara x’kienu l-punti kruċjali li kien hemm fil-kumpanija, u kien moħħu kif kellhom jitjiebu l-affarijiet.

Il-każ tal-karozzi kien wieħed antik u kien qed joħloq ħafna nkwiet, qal Bundy.  Huwa qal li kien talab li jsir meeting mal-kontrollur finanzjarju, il-procurement manager u s-sales manager biex tiġi riżolta s-sitwazzjoni. Qal li kien intwera’ dokument li wera kemm kienu jiswew biex wieħed iżomm il-flotta tal-karozzi u kemm kienet se tiswa’ il-liċenzja tagħhom. L-ispiża kienet telgħet għal  aktar minn €24,000.

Huwa kien ipprova jesplora l-possibilita’ li jew jixtri, nkella jikri l-karozzi, iżda kienu tawh parir li x-xiri tal-karozzi ma kienux parti mill-ħsibijiet tal-kumpanija. Kien f’dawk iż-żminijiet qal li kien sema’ l-kumpanija kienet għaddejja minn żminijiet diffiċli. F’laqgħa li kellu ma’ wieħed mill-Managers, qal li proċess ta’ tender ma kienx l-aħjar mod, minħabba li dan kien se jieħu ħafna żmien. Huwa qal li kien insista li jiġbor aktar kwotazzjonijet minn kumpaniji li jikru l-karozzi.

Kienu 13 jew 14 il-kwotazzjonijiet li nġabru u l-aħjar waħda kienet dik ta’ Burmarrad Commercials kienet l-aktar waħda vantaġġuża.

Kienu saru tliet laqgħat bejn Burmarrad Commercials u l-Manager tal-PBS.  Huwa argumentra li diskussjonijiet jaħarqu mal-bord kienu l-aktar fuq li skedar tal-programmi, fejn qal li huwa xtaq li dawk ta’ natura ta’ diskussjonijiet dwar “current affairs’ jixxandru wara l-aħjar ħinijiet.  Il-Bord iżda ma kienx jaqbel ma’ dan, minkejja li anke l-Kap tal-PBS Reno Bugeja, kien qabel miegħu fuq dan il-punt.

Bundy qal ukoll li €1000 kienu ntefqu fuq ikliet f’perjodu ta’ 10 t’ijiem u li l-Bord anke pprova jorganizza meeting f’lukanda lussużu ġewwa Għawdex, bil-Bord jibqa hemm ukoll għal lejl.