Lokali

46 SENA ILU: Deċiżjoni li tat kunsens biex it-tarbija fil-ġuf tinqatel

Aktar minn 58 miljun abort f’dawn is-46 sena

Il-Fondazzjoni Life Network tfakkar li bħallum 46 sena ilu, jiġifieri fil-22 ta’ Jannar 1973, il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti iddeċidiet il-każ Roe v. Wade, li permezz tiegħu ġie deċiż li it-tarbija fil ġuf tista tinqatel b’mod liberu fl-Istati Uniti.

Huwa stmat li din id-deċiżjoni irriżultat f’iktar minn 58 miljun abort f’dawn is-46 sena. Dan ifisser deficit ta’ madwar 58 miljun bniedem mill-1973 sal-ġurnata tal-lum, u dan fl-Istati Uniti biss.
L-istatistika fl-Istati Uniti tindika li 25% tal-proċeduri tal-abort isiru għax l-omm ma tħosshiex lesta biex ikollha t-tfal, 23% isiru għax l-omm ma tħossx li jkollha biżżejjed riżorsi finanzjarji, 19% isiru għax l-omm diġà kellha tfal u ma riditx iktar filwaqt li 4% tal-proċeduri tal-abort isiru għax it-tqala tkun ser ittellef mill-prospetti tal-edukazzjoni jew mill-karriera.

Minn dan, jidher ċar li r-raġunijiet mogħtija għall-abort huma raġunijiet li jistgħu jigu indirizzati. Dan l-aħħar, il-Fondazzjoni Life Network Malta niediet is-servizz ta’ sapport Life Line Malta, li huwa servizz għal persuni fi crisis pregnancy u persuni li għandhom pre-natal diagnosis negattiva. Permezzta’ dan is-servizz, il-Fondazzjoni qed toffri għajnuna konkreta lill-ommijiet u lit-trabi mhux imwielda.

L-ommijiet, ħafna drabi jhossuhom waħedhom u jkunu għaddejjin minn żminijiet diffiċli. Huwa biss permezz ta’ għajnuna konkreta li d-domanda għall-abort tista’ titnaqqas u jekk tkun offruta tama lil dawk li jħossu li l-abort huwa l-unika soluzzjoni.

Il-Fondazzjoni Life Network Malta tirrikonoxxi bi gratitudni lil Membri Parlamentari kollha li sa minn dejjem ipproteġew il-ħajja sa mill-konċepiment. Malta ghandha biex tkun verament kburija li taghti valur lill kull hajja umana fil-ġuf. Il-Fondazzjoni tabbraċċja dak iddikjarat mill-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, jiġifieri li t-tfal jistħoqqilhom kull protezzjoni, anki protezzjoni legali, kemm qabel kif ukoll wara t-twelid.

Għalhekk, il-Fondazzjoni għamlet appell imqanqal lill-awtoritajiet sabiex id-diskussjoni nazzjonali tkun iffukata fuq kif nistgħu ntejbu l-għajnuna lil nisa fi krżzi ta’ tqala, u dan fis-sens ta’ għajnuna konkreta, inkluż tagħlim u appoġġ prattiku jkunu ferm aktar ta wens f’sitwazzjonijiet diffiċli.

Is-soluzzjoni qatt ma tista’ tkun il-qtil intenzjonali ta’ tarbija innoċenti.