Internazzjonali

Il-Gvern ta’ Macron isejjaħ lill-ambaxxatur Taljan

L-ambaxxatriċi Teresa Castaldo f'nofs il-kontroversja Italja vs Franza

Tensjoni f’Pariġi wara li l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Fraċiż sejjaħ lill-ambaxxatriċi Taljana sabiex tiċċara għaliex il-Viċi Prim Ministru Di Maio ħareġ jattakka lill-Gvern Franċiż dwar il-kwistjoni tal-immigrazzjoni.

Il-kwistjoni diplomatika eskalat fi tmiem il-ġimgħa meta Di Maio insista li l-kriżi tal-immigranti fil-Mediterran hi tort tal-mentalita’ Franċiża li dejjem ħakmet stati Afrikani.

Il-Gvern ta’ Macron qed iqis dawn ir-rimarki mill-Italja “inaċċettabbli”.

Fi tmiem il-ġimgħa kien hemm total ta’ 170 immigrant illi mietu fil-Mediterran waqt li kienu qed jivjaġġaw mill-Afrika lejn l-Ewropa. Żewġ gruppi oħra ġew salvati it-Tnejn, bl-immigranti jittieħdu lura lejn il-Libja.