Lokali

Splużjoni f’sub station f’Birkirkara

Għal ħabta tad-9.15 ta’ dalgħodu seħħet splużjoni f’sub station fi Triq Ċeżalpina f’Bikirkara.

Fuq il-post marru diversi pulizija, karozzi tat-tifi tan-nar u ħaddiema tal-protezzjoni ċivili.

Residenti li tkellmu magħna qalulna li semgħu ħoss kbir. Bħalissa, il-provvista tal-elettriku hija maqtugħa.

Jidher li ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.