Lokali

Raġel ta’ 25 sena jsofri minn ġrieħi gravi wara li waqa’ sular

Ritratt: Martin Agius

Dalgħodu, għall-ħabta tas-sitta u nofs, raġel ta’ 25 sena minn Ħ’Attard waqa’ madwar sular għoli waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol. L-inċident seħħ fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għal iktar kura. Aktar tard, hu kien ċertifikat li qiegħed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.