Futbol Sport

Tħassib li l-ajruplan ta’ Sala jinsab nieqes

Tħassib dejjem qed jikber li l-ajruplan li kienu fuqu l-attakkant il-ġdid ta’ Cardiff Emiliano Sala huwa nieqes.

Rapporti fil-midja internazzjonali qed jgħidu li l-klabb ta’ Cardiff kien qed jistenna lill-plejer Emiliano Sala fil-belt tagħhom u dan baqa’ ma wasalx. Dan qed ikompli jkabbar it-tħassib li l-ajruplan ta’ Sala jinsab mitluf.

Fis-sigħat bikrin tat-Tlieta filgħodu, is-servizzi ta’ emerġenza fiċ-Channel Islands irrapportaw li ajruplan żgħir li vjaġġa minn Nantes fi Franza għal Cardiff ma baqas jidher meta wasal biswit il-gżira ta’ Alderney.

L-awtoritajiet qed jgħidu li l-ajruplan Piper Malibu, li huwa maħsub li għandu żewġ persuni abbord, sparixxa mir-radar ħdejn il-fanal ta’ Casquets fit-8:30pm nhar it-Tnejn.

Il-plejer kien iffirmat għas-somma ta’ 18-il miljun sterlina.