Lokali Qorti

Jgħidu li l-l-kummenti fil-konfront ta’ Rosianne Cutajar fuq Facebook kienu “fair comment”

Żewġ individwi li bħalissa għaddejjin fil-konfront tagħhom proċeduri ta’ libell minn naħa tal-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar li saru fuq facebook u li skont l-MP Labustista saru biex jiddenegrawha, qalu li l-kummenti tagħhom kienu “fair”.

Cutajar qalet li dak li ngħad fuqha meta kienet mqabbla ma’ prostituta u “call girl” kellhom l-intenzjoni li ibaxxuha u jiddeffamawha mal-pubbliku. Fir-risposta tagħhom fil-Qorti tal-Maġistrati, Godfrey Leone Ganado u Rachel Antoinette Williams irribbattew dan kollu fejn qalu li dak li kitbyu fuq facebook kien fil-kuntest tal-aġir b’referenza partikolari ta’ publikazzjoni li saru qabel fuqha u minnha jew bil-kunsens tagħha.

Waħda mill-kawżi kienet fuq kumment li kien jaqra “Madankollu, Ħamalli, prostituti u “call girls”, għandhom id-dritt li jkunu rappreżentati fil-Parlament,” sentenza fejn skont Leone Ganado qal li bir-rispett kollu, u fejn hu jinsab imħawwad kif dan jista’ jitqies bħala defamatorju.

L-emfasi huwa fit-terminu “Ħamalli” li jista’ jiġi kkunsidrat bħala xi ħaġa negattiva iżda mhux defamatorja, qal Leone Ganado. Fit-tieni risposta tiegħu li ppreżenta flimkien ma’ Williams, kien argumentat li Williams, fejn ingħad li fuq il-paġna ta’ Facebook tagħha kien hemm xi kummenti defamatorji, dan ma jagħmilx sens għax ingħad li hi ma tefgħet l-ebda kummenti, la defamatorji u lanqas oħrajn u la qablet u lanqas ma qablitx dwar dak li kien qed jingħad.

Ingħad ukoll li t-termini prostituta mhumiex defamatorji, għax konnotoazzjonijiet negattivi mhumiex defamatorji. Kieku l-intenzjoni kienet li wieħed iqabbel lill-membru parlamentar Cutajar ma’ prostituta, l-kumment kien ikun “In Maltese we say PROSTITUTE.”(Bil-Malti nghidu QAĦBA). L-Avukat Andrew Borg Cardona iffirma r-risposti f’isem Leone Ganado u Williams.