Lokali

Raġel l-isptar wara li ttajjar fil-Ħamrun

Anzjan spiċċa l-Isptar wara li aktar kmieni illum ittajjar fi Triq il-Kbira l-Ħamrun.

Il-każ seħħ ftit qabel il-11am, bil-vittma jittieħed Mater Dei b’ambulanza wara li intlaqat minn vann. Mhux magħruf eżatt il-kundizzjoni tiegħu.

Ir-raġel għandu 75 sena, u hu minn San Ġiljan.

Is-sewwieq, li hu minn Raħal Ġdid, għandu 31 sena.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.