Lokali

AX The Saint John tirċievi unur prestiġġjuż

Kummenti mill-aqwa minn numru sostanzjali ta’ persuni, kemm turisti kif ukoll Maltin, li qagħdu fil-boutique hotel The Saint John fil-Belt Valletta, wasslu biex il-grupp AX jikseb rikonoxximent importanti.

Il-Guest Review Award jingħata mis-sit Booking.com abbażi tal-ammont ta’ review tal-aqwa kwalità li jingħataw is-siti differenti li joffru akkomodazzjoni.

The Saint John kienet ġiet inawgurata fi tmiem Settembru tal-2017 u tinsab f’binja mill-isbaħ fil-belt kapitali ta’ pajjiżna, f’palazz tas-Seklu 17.