Lokali

John Suda jitteħidlu l-warrant ta’ għalliem

L-attur veteran John Suda tteħidlu l-warrant ta’ għalliem. Dan tħabbar fil-Gazzetta tal-Gvern ippubblikata it-Tlieta.

Dan l-iżvilupp wasal wara li fix-xhur li għaddew huwa kien instab ħati ta’ attentat vjolenti fuq il-pudur ta’ tfajla – b’kundanna ta’ 12-il xahar habs sospizi ghal sentejn.

Fil-Gazzetta tal-Gvern jintqal li Suda, li għandu 66 sena, “m’għadux kwalifikat biex ikollu warrant ta’ għalliem”.

Il-warrant tiegħu tħassar b’seħħ immedjat u għalhekk m’għadux fil-pussess ta’ warrant biex jghallem.