Lokali

Żewġ żgħażagħ l-isptar wara li nqalbu b’dgħajsa

Żewġ ġuvintur ittieħdu l-isptar Mater Dei isofru b’xi ġrieħi wara li dalgħodu kienu nvoluti f’inċident b’dgħajsa fl-inħawi taċ-Ċirkewwa.

Żgħażugħ minnhom li għandu 20 sena, instab li ġarrab ġrieħi gravi, filwaqt li l-ieħor ta’ 19-il sena għadu mhux ċertifikat. Il-ġuvintur huma residenti l-Mellieħa.

Jidher li kmieni dalgħodu ż-żgħażagħ kienu abbord dgħajsa fl-inħawi taċ-Ċirkewwa meta din ħabtet mal-blat u nqalbet.

Membri tal-Protezzjoni Ċivil, il-Forzi Armati u tim mediku marru fuq il-post biex jassistu ż-żewġ ġuvintur.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.