Lokali Parlament

Nefqa ta’ €29,500 mill-Ministru Abela għal titjira lejn il-Libja

 

Spiża ta’ €29,500 għal titjira minn Malta għal Libja. Hekk stqarr il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela wara li huwa għamel użu minn jet privat biex imur il-Libja. Il-Ministru qal li dan seħħ fl-2017 u dan sar pererss li ma kienx hemm konnessjonijiet adegwati. Tenna li din kienet titjira speċjali tal-Medavia.

It-tweġiba saret għal mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi. Id-deputat Nazzjonalista staqsa l-istess mistoqsija lil kull ministru,bil-Ministri kollha apparti Abela jgħidu li qatt ma għamlu użu minn jets privati għajr f’okkażjonijiet fejn dawn tħallsu mill-Kummissjoni Ewropea jew biex jakkumpanjaw lill-Prim Ministru.