Lokali

APPELL: Ilha ħamest ijiem nieqsa

Jeanette Burke, mara ta’ 41 sena, kienet irrappurtata nieqsa lill-Pulizija nhar il-15 ta’ Frar.

L-aħħar kuntatt ma’ Burke sar minn familjari tagħha li jgħixu l-Ingilterra, nhar it-23 ta’ Jannar, 2019.

Il-Pulizija appellat sabiex kull min għandu xi informazzjoni dwar din il-mara, jista’ jgħaddiha lill-Pulizija, anke b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija.