Ekonomija Lokali

Il-President umiljata minħabba l-iskandlu ta’ Pilatus Bank

“Umiljanti u mbarazzanti”. Kienet din is-sitwazzjoni li sabet ruħa fiha l-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca meta aktar kmieni dan ix-xahar indirizzat laqgħa fir-Renju Unit ta’ dik li tissejjah Oxford Union – laqgħa li matulha sarulha domandi dwar l-iskandlu ta’ Pilatus bank u d-daqqa ghar-reputazzjoni ta’ pajjizna.

L-Oxford Union hi ghaqda li tiġbor fiha nies li fil-passat studjaw fl-Universita’ ta’ Oxford, hafna minnhom illum akkademiċi u esperti f’setturi varji.

Quddiem dawk preżenti f’Oxford, u b’diskors xejn konvincenti, Marie Louise Coleiro Preca spiccat tipprova tiddefendi l-indifensibbli.