Lokali

L-inċident tad-“double decker”: L-eredi ta’ waħda mill-vittmi tfittex lil Transport Malta u l-operatur tad-“double decker”

Ir-riperkussjonijiet tal-inċident fatali li fih kien involut “double-decker sightseeing bus” komplew jiskalaw, meta l-eredi ta’ wieħed mill-vittmi qed ifittex lil operatur tal-karozza nvoluta u Transport Malta għad-danni.

L-eredi ta’ Elisaveta Danielova Avdala, ippreżentaw Protest Ġudizzjarju fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili kontra Transport Malta u “City Sightseeing Malta Limited”, fejn qed jitolbu lill-Qorti biex jiġu likwidati danni u jsir ħlas ta’ kumpens għall-mewt ta’ Avdala’s.

L-Avukati tal-familja, Lorna Mifsud Cachia u Nicole Sultana, qed jargumentaw li l-inċident fatali kien tort ta’ Transport Malta u “City Sightseeing Malta Limited.”

Fid-9 ta’ April 2018, wieħed mill-“open top double-decker buses” li kien qed jiġi operat mis-“City Sightseeing Malta” kien qed iġorr turisti u jgħaddi minn Triq il-Belt Valletta, ż- Żurrieq meta żewġ passiġġieri li kienu fin-naħa ta’ fuq intlaqtu minn fergħat ta’ siġar li kien fil-baxx, u nqatlu. L-operaturi tal-karozza kien ppreżentaw protest ukoll kontra Transport Malta f’Settembru, ta’ dik is-sena, fejn kienu allegaw li Transport Malta ma kienitx osservat ir-regolamenti tagħha stess.

Il-protest li ġie preżentat mill-eredi qed jargumenta li Transport Malta fallew milli ma jħallux l-inċident iseħħ, billi kienu jiżguraw infrastruttura sigura u li jonoraw l-obbligazzjonijiet imposti fuqha permezz ta’ regolamentazzjoni, direttivi u liġijiet lokali, kif ukoll il-linji ta’ gwida, ippubblikati minnha stess. Il-protest mill-eredi jgħid ukoll li sa fejn jafu huma, lanqas biss saret spezżjoni waħda mill-awtoritajiet dwar sigurta’.

Il-Protestm jgħid ukoll li awditjar frekwenti messhom saru mill-awtoritajiet, speċjalment in vista tal-fatt li d-dimensjonijiet tas-siġar jinbidlu fuq perjodu ta’ żmien. Minkejja li “Infrastructure Malta” twaqqfet fl-2019, biex tissorvejla dawn l-affarijiet, fil-ħin tal-inċident kellha tkun ir-responsabbilita’ ta’ Transport Malta, li tiżgura sigurta.

“Ma kien hemm l-ebda ġustifikazzjoni għall-fatt li llum għandna sitwazzjoni fejn is-siġar jagħmlu parti mit-toroq,” jgħid il-protest. “Din hija realta’ allarmanti, meta wieħed jikkunsidra li ma jeżistu ebda forom ta’ sigurta’ fit-toroq jew sinjali biex jinfurmaw lix-xufiera ma’ xhiex se jiltaqgħu fit-triq.

Hija xi ħaġa normali li t-tneħħija ta’ siġar mit-toroq mhijiex soluzzjoni, imma hija sitwazzjoni diżappuntanti jekk wieħed imur fl-estrem ma jieħu l-ebda azzjoni f’arterji bħal dawn. Ingħad ukoll li x-xufier, li jaħdem mal-kumpanija, kien qed isuq bl-addoċċ u b’mod negliġenti u falla milli jżomm id-distanza minn naħa tal-ġemb tat-triq. Il-protest jitlob biex jiġi likwidati danni fi żmien 30 ġurnata, bil-kundizzjoni li wara jekk ma jsir xejn, ikunu qegħdin jinżammu responsabbli skont il-liġi.