Futbol Sport

Tintemm l-avventura ta’ Lazio fl-Europa League

(Ritratt: EPA)

L-avventura ta’ Lazio fil-UEFA Europa League ntemmet mal-aħħar 32 hekk kif kienu megħluba wkoll fi Spanja b’telfa ta’ 2-0. Il-missjoni ta’ Lazio kienet diġà diffiċli hekk kif tilfu f’Ruma ġimgħa qabel. Sevilla fetħu l-iskor fl-20 minuta meta xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa ta’ Pablo Sarabia kien salvat parzjalment minn Thomas Strakosha, bil-ballun jispiċċa fid-direzzjoni ta’ WISSAM BEN YEDDER li skorja mir-rebound.

Iż-żewġ timijiet kellhom ikomplu l-logħba b’raġel anqas meta l-ewwel kien Franco Vazquez ta’ Sevilla li ntwera t-tieni karta safra mas-siegħa logħob, biex fil-71 minuta Adam Marusic ġie muri l-karta l-ħamra. Huma għalqu l-kwalifikazzjoni b’mod definit fit-78 minuta meta mil-lemin Jesus Navas qata’ għan-nofs u għadda vertikalment lejn PABLO SARABIA li għeleb lil Strakosha.