Ekonomija Lokali

IL-PJAGA TAL-PREKARJAT: “Jagħmlu l-istess xogħol u jitħallsu anqas”

“Qed naqalgħu mal-€1,300 anqas fis-sena. U hemm benefiċċji oħra li mhux jingħatawlna”.

Hi din id-dikjarazzjoni li għamel ħaddiem illi huwa impjegat ma’ kuntrattur, u li jaħdem fil-qasam tas-saħħa – ħaddiem li jitfa’ dawl fuq ir-realta’ tal-prekarjat f’pajjiżna.

Dan il-ħaddiem, li kien qed jitkellem mal-ġurnal L-ORIZZONT, jgħid li b’din is-sitwazzjoni l-impjegati jħossuhom insulentati. Umiljazzjoni anke fuq affarijiet żgħar, bħall-użu tal-canteen. “Sieħbi li jaħdem mal-Gvern għandu aċċess għall-canteen, u jien għax naħdem mal-kuntrattur le”.

“Ħaddiem fl-istess grad tiegħi jilħaq il-massimu ta’ €6.30 fis-siegħa, filwaqt li aħna naqbdu sa €5.66 fis-siegħa”.

Meta kien fl-Oppożizzjoni Joseph Muscat kien wiegħed solennament li jeradika l-prekarjat minn Malta. Xi ħaġa li b’mod reali falla fiha kompletament.