Lokali

Kundizzjonijiet inaċċettabbli, li jagħtu vantaġġ lill-kuntratturi barranin – MDA

Il-Gvern għandu jassigura li l-ħaddiema fl-industrija tal-kostruzzjoni għandhom jingħataw l-istess drittijiet u kundizzjonijiet tax-xogħol, irrispettivament minn liema pajjiż ikunu ġejjin.

Dikjarazzjoni li saret mill-Assoċjazzjoni tal-Iżviluppaturi Maltin (MDA) wara serje ta’ stejjer li żvela Net News dwar il-postijiet fejn qed jinżammu l-ħaddiema Torok li ġew impurtati biex jaħdmu f’siti differenti fejn bħalissa għaddej bini.

L-MDA temmen li dawn it-Torok għandhom jinżammu f’akkomodazzjoni li jkollha l-istandars xierqa. Dan fih innifsu jikkuntrasta mal-aħbarijiet li smajna fl-aħħar jiem fejn kien dan l-istess sit illi żvela kif parti minn barriera inbidlet f’akkomodazzjoni bl-użu ta’ kontejners.

L-MDA teżiġi wkoll li l-kuntratturi Torok iħallsu t-taxxa, kif jagħmlu fuq kollox il-kumpaniji kollha tal-kostruzzjoni f’Malta.

Hu stamt li b’kollox f’dawn il-ġimgħat se jkunu inġiebu lejn Malta mal-5,000 Tork.