Lokali Parlament

Andreina Fenech Farrugia tkompli tiċħad dak li qed jintqal

Stqarrija bi dritt għar-risposta

B’referenza għal-allegazzjonijiet fil-konfront tiegħi fl-ahhar jiem, nerga nichad kategorikament u bl-aktar mod assolut xi nuqqasijiet da parti tiegħi. Niddikjara illi jien dejjem imxejt b’mod professjonali, etiku u gust u skond il-ligi fit-twettieq tad-doveri tieghi u dejjem imxejt b’sens ta’ imparzjalita u gustizzja mal-operaturi kollha u l-individwi involuti fis-settur.

Illi dwar il-hlasijiet li jsiru mil-operaturi lid-Direttur Generali tas-Sajd (illi fl-ahhar snin nzertajt kont jien) dan kollu jista jigi facilment verifikat jekk min qed jaghmel l-allegazzjonijiet jindenja ruhu jaghmel id-domandi lill-awtoritajiet kompetenti. Nichad kategorikament li qatt tlabt jew inghatajt xi flus ghalija personali u li l-allegazzjonijiet ta tixhim huma ghal kollox nfondati.
Illi b’riferemza ghal dak rappurtat dwar d-diskors tal-Onor Jason Azzopardi fil-Parlament lbierah 20 ta’ Frar 2019, nixtieq nippreciza l-ewwel nett li r-rapporti tal-IAID ma jidhlux f’files personali imma jinzammu f’files apparti. Illi noltre minn dak li gie zvelat ilbierah fil-Parlament jirrizulta bl-aktar mod car illi l-kagun tan-nuqqasijiet elenkati kien dovut ghal- nuqqas akut ta’ risorsi, principalment umani, izda wkoll ohrajn, u mkien fir-rapport ma hemm riferenza ghal-nuqqasijiet da parti tieghi personali. Ovvjament proceduri adegwati jiddependu fuq rizorsi adegwati.

Illi inoltre huwa altament ngust li jsiru tentattivi sabiex fuqi tigi addossata htija ta’ problemi u nuqqasijiet jew kommessi mill-operaturi, jew li jien ma kelli ebda kontroll fuqhom izda li kien hadd iehor li kellu obbligu jindirizzhom u li jien dejjem ghamilt hilti kollha safejn kienu jtuni l-poteri tieghi sabiex nitlob li jigu ndirizzati, bhal ma huwa n-nuqqas ta’ rizorsi.

Intenni u nishaq li r-rapport zvelat ilbierah fil-Parlament jiffoka principalment fuq nuqqas ta diversi risorsi fosthom umani u huwa ghal daqastant iehor ovvju li jien fit-twettiq tad-doveri tieghi kien ikolli nopera bir-risorsi, mezzi u apparat li kienu jigu pogguti ghad-disposizjoni tieghi, bil-limitazzjonijiet ovvji li dan kien igib mieghu u li huma elenkati fl-istess rapport.

Illi inoltre ghandu jigi pprecizat illi bhala rizultat ta dan l-audit tal-2010 gie stabbilit action plan li kien jesigi li r-rizorsi specjalment dawk umani jigu mizjuda u ghalhekk wara sentejn minhabba li dawn ir-risorsi filfatt gew mizjuda, is-sitwazjoni giet ameljorata, l-proceduri tjiebu u filfatt gie nnutat progress, fuq l-istess binarju ta’ talbiet li jien stess kont ilni naghmel. Ir-rapport innifsu huwa l-aqwa prova li n-nuqqasijiet li kien hemm kienu principalment dovuti ghan-nuqqas ta risorsi u mhux attribwibli ghal xi nuqqasijiet minn naha tieghi.

Illi ghal darba ohra nerga niddikjara li f’kull zmien dejjem hadt azzjoni kull meta kien hemm bzonn u li kull meta kien hemm nuqqasijiet dejjem gew irrapurtati lil-Awtoritajiet kompetenti.
Illi apparti minn hekk niehu l-opportunita niddikjara li kont jiena stess meta gejt mahtura Direttur Generali tas-Sajd, wara sejha publika u wara process trasparenti, li ghamilt talba lill-istess IAID sabiex taghmel update tal-audit bhala follow up tal-audit tal-2010 msemmi lbierah fil-Parlament minbarra audits ohra u li dan huwa l-aqwa prova li n-nuqqasijiet ma kienux da parti tieghi imma dovuti ghal-nuqqas ta diversi risorsi principalment dawk umani.

Illi noltre tajjeb wiehed japprezza illi audits specifici fuq dan is-settur minn DG MARE jsiru ta kull sena u li jkunu twal iktar minn 15 ‘il gurnata u li fi zmien il-hatra tieghi ghal numru ta snin rrapurtaw li kienu sodisfatti bl-operat. Illi peress li-settur kompla jikber u peress ukoll illi kienet qed tinstab diffikulta sabiex id-Dipartiment jirrekruta risorsi umani b’mod li jlahhqu mat-tkabbir fis-settur, kif innota l-istess rapport mahrug mill-NAO, jirrizulta li fl-ahhar sena/sentejn kont niggestixxi Dipartiment b’nuqqas ta madwar 65 persuna u li minkejja dan bqajt naghmel hilti kollha sabiex immexxi d-Dipartiment bl-ahjar mod minkejja n-nuqqas ta risorsi u b’tali mod li l-operat jibqa ghaddej. Huwa ovvju li dan in-nuqqas ta rizorsi ma kontx jien li stajt nindirizza wahdi u li jien stess kont nigbed l -attenzjoni u nitlob li jigu ndirizzati b’mod regolari.

Illi inoltre dwar rapporti fil-medja dwar nkjesta nterna kondotta fi hdan il-Ministeru fl-2017 minn Dr Paul Cachia, kuntrarjament ghal-impressoni li ppruvaw jaghtu xi whud, ma jidhirlix li nstabu ebda nuqqasijiet fil-konfronti tieghi.

Filwaqt li huwa ferm stramb li l-istess inkjesta sabet ruhha fil-mezzi tax-xandir filwaqt li qatt ma kienet ghad-dispozizzjoni tieghi, pero sa fejn naf jien l-inkjesta ma kinitx tikkoncerna lili direttament izda l-operat usa tad-Direttorat tal-Akwakultura li ma kienx immexxi direttament minni, illi l-istess inkjesta safejn naf jien ma sabet l-ebda nuqqasjiet da parti tieghi u kull impressjoni differenti li ppruvat tinghata hija wahda zbaljata. Sa fejn naf jien, is-sustanza u l-konkluzjonijiet tal-istess inkjesta ma kienux jikkoncernaw lili direttament.