Lokali

L-ewwel dibattitu waqt NEWSDESK fuq Radio 101

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar numru ta’ temi politiċi attwali. Il-mistiedna se jkunu d-deputat tal-Partit Nazzjonalista Censu Galea u d-deputat tal-Partit Laburista Luciano Busuttil.

Fost oħrajn se jiġi diskuss wieħed x’qed jistenna mill-baġit li se jkun ippreżentat nhar it-Tnejn. Il-fatt li għall-ewwel darba fl-istorja, l-partit fl-Oppożizzjoni ppreżenta Pre-Budget Document bit-titlu: Sustainable Growth and Dignity for All. Se nitkellmu wkoll dwar it-traffiku u t-trasport pubbliku u l-fatt li l-Prim Ministru Joseph Muscat għadu ma ppubblikax l-ismijiet ta’ dawk li xtraw iċ-ċittadinanza u minn liema pajjiżi ġejjin.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.30pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.