Basketball: Bugeja, Grech u Pace jirbħu l-unuri ta’ Ottubru

David Bugeja, Thomas Grech u Sarah Pace rebħu l-unuri tal-aqwa plejers tax-xahar ta’ Ottubru fid-diviżjonijiet rispettivi tagħhom.

David Bugeja ta’ Falken Cynergi Virtus rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar tal-Ewwel Diviżjoni, Thomas Grech ta’ Starlites rebaħ l-unur tal-aqwa plejer tax-xahar fil-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni u Sarah Pace ta’ Caffe Moak Luxol rebħet l-unur tan-nisa.

B’medja ta’ 59% fit-tiri ta’ żewġ punti u 29% fit-tiri mid-distanza, Bugeja kellu medja ta’ 19.33-il punt kull logħba f’Ottubru b’total ta’ 58 punt. Thomas Grech kellu medja ta’ 19.33-il punt.

Sarah Pace għamlet l-ikbar ammont ta’ tiri ta’ tliet punti, b’ sebgħa matul ix-xahar ta’ Ottubru. Hi kellha medja ta’ 67% mill-free throw line u 50% waqt il-logħob biex kisbet 53 punt f’erba’ logħbiet b’medja ta’ 13.25-il punt kull logħba. Din hi l-ħames darba li Pace rebħet dan l-unur, tliet darbiet ma’ Depiro u darbtejn ma’ Luxol.

Peter Perotti, Chief Officer tal-Bank of Valletta, feraħ lir-rebbieħa waqt li ppreżenta plakka kommemorattiva lil kull plejer.