Ekonomija

Ekonomija

Statistika tal-NSO turi li l-Prodott Domestiku Gross ta’ Malta fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena kien kważi biljun u sebgħa mitt miljun ewro, żieda ta’ħamsa fil-mija fuq l-istess perjodu s-sena li għaddiet. F’termini reali l-ekonomija kibret bi tlieta punt ħamsa fil-mija.

Jekk wieħed iħares mil-lat ta’ produzzjoni t-tkabbir fil-prodott domestiku gross kien iġġenerat min-nefqa tal-amministrazzjoni pubblika u d-difiża, il-kontribuzzjonijet tas-sigurta’ soċjali, l-edukazzjoni, is-saħħa u servizzi oħra pprovduti mill-Gvern.

Fl-istess perjodu kien rappurtat tnaqqis fil-produzzjoni mill-manifattura u fl-attivitajiet finanzjarji u l-assigurazzjoni.

Mil-lat ta’ nefqa kien hemm tnaqqis mil-lat tal-importazzjoni u esportazzjoni reali.

Jekk wieħed iħares lejn it-tkabbir fil-prodott domestiku gross mil-lat ta’ dhul il-prezzijiet kurrenti żdiedu b’erbgħa u tmenin miljun ewro. Tmienja u tletin miljun ewro marru f’żieda fil-ħlas tal-pagi lill-impjegati, kien hemm żieda ta’ tlettax-il miljun fl-operat tal-intrapriżi u żieda ta’ tlieta u tletin miljun ewro fit-tassazzjoni netta fuq il-produzzjoni u l-importazzjoni.