Futbol Sport

Futbol Under 20 – L-Ingilterra champions tad-dinja

VENEZWELA……………..0
INGILTERRA………………1

Grazzi għal rebħa minima ta’ 1-0 l-Ingilterra ġew inkurunati champions tad-dinja fil-livell ta’ taħt l-20 sena meta dawn, fil-finali għelbu lill-Venezwela.

L-Ingliżi kienu marru fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima imma l-eroj kien il-gowlkiper Freddie Woodman li lejn it-tmiem salva penalty biex għen lit-tim tiegħu jirbaħ it-titlu mondjali.

Biex waslu s’hawn l-Ingilterra kienu eliminaw lill-Italja, li aktar kmieni temmew fit-tielet post tat-turnament billi għelbu lill-Urugwaj bil-penalties. Il-Venezwela kienu eliminaw lill-Urugwaj bil-penalties wara li kienu ġabu d-draw lejn it-tmiem. Hekk kif se jerġà jseħħ imma din id-darba huma sabu lill-gowlkiper iċaħħadhom milli jġibu d-draw u jisfruzaw il-ħin barrani.
Kemm l-Ingilterra kif ukoll il-Venezwela kienu qed jikkontestaw din il-finali għall-ewwel darba. Ħafna minn dan is-suċċess hu grazzi ukoll għall-kowċ Paul Simpson li minn dejjem emmen fil-grupp ta’ plejers li kellu għad-dispożizzjoni tiegħu.

L-uniku gowl tal-logħba wasal fil-35 minuta logħob meta Calvert-LEWIN skurja minn rebound wara li hu stess kien ra tentattiv tiegħu salvat mill-gowlkiper. Kmieni fit-tieni taqsima l-Venezwela żiedu fl-attakki tagħhom bit-tama li jġibu d-draw imma reġgħu kienu l-Ingliżi li marru ferm viċin li jiskurjaw ieħor meta din id-darba kien Josh Onomah li laqat il-lasta b’xutt b’saħħtu.

Kwarta mit-tmiem l-Venezwela ngħataw penalty meta Clarke-Salter waqqa’ lil Penaranda fil-kaxxa imma l-istess plejer ra x-xutt tiegħu jkun salvat mill-gowlkiper ta’ Newcastle Woodman biex b’hekk il-logħba ntemmet fi skor ta’ 1-0.

L-Ingilterra saru l-10 nazzjon li rebaħ dan it-titlu u issa L-edizzjoni ta’ din is-sena saret fil-Korea t’Isfel u issa jmiss oħra sentejn oħra. Il-plejer Taljan Orsolini temm bħala l-aqwa skorer tat-turnament b’ħames gowls.