Lokali

In-Nazzjon

L-istorja b’ritratt tal-vapur tal-Open Arms Boat Refugee Foundation Golfo Azzurro, bl-immigranti abbord jistenna biex jidħol Malta, tiddomina l-ewwel faċċata tal-ġurnal In-Nazzjon, u li sal-bieraħ kien għadu qed jistenna biex jidħol f’pajjiżna.

Storja oħra ewlenija tittratta s-sitwazzjoni fl-Isptar Mater Dei bi swali u ambulanzi bla sistema ta’ arja kundizzjonata hekk kif it-temperatura tkompli tispara ‘l fuq.

Stejjer oħrajn jittrattaw il-ġimgħa ta’ spettakli ta’ logħob tan-nar u t-tħejjijiet tagħhom għall-festa ta’ San Lawrenz, fil-belt Vittoriosa.

Waqt li In-Nazzjon ikompli bis-servizz ta’ rapporti u aħbarijiet marbuta mal-kampanja għall-elezzjoni ta’ Kap ġdid tal-Partit Nazzjonalista, fil-paġni tal-opinjonijiet hemm illum l-analiżi ta’ Mario Schiavoine, Jason Azzopardi u Euchar Mizzi.