Kunsilli Lokali Lokali

Kunsilli Lokali 2015: 31% jivvutaw sas-2 ta’ waranofsinhar

31% tal-votanti reġistrati biex jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali għamlu dan sas-2 ta’ waranofsinhar. Din iċ-ċifra ġiet ippubblikata mill-Kummissjoni Elettorali fl-aħħar ħin.

Santa Luċija rreġistrat l-ogħla persentaġġ ta’ persuni li vvutaw sas-2 ta’ waranofsinhar, b’persentaġġ li jilħaq il-45% tal-votanti reġistrati f’din il-lokalita’.

San Pawl il-Baħar irreġistra l-inqas persentaġġ ta’ votanti li tefgħu il-vot tagħhom sas-2 ta’ waranofsinhar, b’persentaġġ ta’ 19% ta’ votanti reġistrati f’din il-lokalita’ li tefgħu il-vot tagħhom sas-2pm.

Ikkumparat mal-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li saru fis-sena 2012, din is-sena kienet reġistrata żieda ta’ 3% fil-persentaġġ ta’ votanti li vvutaw fl-elezzjonijiet għall-Kunsilli Lokali sas-2 ta’ waranofsinhar. Fil-każ tas-sena 2012, il-persentaġġ hu mqabbel mal-ammont ta’ voti li kienu ntefgħu sas-1 ta’ waranofsinhar.

TURNOUT KUNSILL 2PM

Grafika: Ċifri uffiċjali b’persentaġġi ta’ votanti eleġibbli li marru jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali sas-2 ta’ waranofsinhar.