Sport Sport Ieħor

Lokali: Nhar is-Sibt issir ir-Regatta

Nhar is-Sibt, fil-Port il-Kbir issir ir-Regatta li tradizzjonalment issir fil-31 ta’ Marzu imma din is-sena se ssir fis-7 ta’ April minħabba li s-Sibt li għadda kien Sibt il-Għid. Fl-istess waqt ir-Regatta ta’ din is-sena se tkun inkorporata fil-programm tal-Festa l-Kbira organizzata mill-Fondazzjoni Valletta 2018.

Bormla , Birżebbuġa u l-Marsa fuq il-karta jidher li huma l-iktar b’saħħithom.

Jekk wieħed iħares lejn il-qaddiefa reġistrati għal din ir-Regatta ma’ Bormla mill-ewwel wieħed iqishom bħala l-akbar favoriti.

Għal din ir-Regatta se jkunu hemm tiġrija tal-veterani b’Shield apposta tal-Valletta 2018 li fiha se jaqdfu eksqaddiefa fosthom Ronnie Zammit, Martin Mifsud, Larry Lagana, Lawrence Gellel, Paul Bonello u Paul Busuttil.