Rugby Sport

Franza jirbħu lil New Zealand fil-partita inawgurali

(Ritratt: EPA)

FRANZA……………29

NEW ZEALAND…13

Franza rebħu l-partita inawgurali kontra New Zealand bl-iskor finali jkun 29-13.

Bidu tajjeb f’darhom għall-Franċiżi, hekk kif għall-ewwel darba fl-istorja tagħhom New Zealand tilfu l-ewwel pool match tagħhom fl-ewwel partita ta’ din it-Tazza tad-Dinja.  Barra minn hekk Franza huma l-unika tim li skorjaw iktar minn 20 punt kontra New Zealand f’iktar minn darba.

Tieni taqsima straordinarja għal Franza hekk kif ħadu spinta kbira u kisbu 20 punt, dan kif wara l-ewwel 40 minuta logħob kien hemm biss punt jisseperahom, bl-iskor ikun 9-8 favur Franza.

Tlett penalties fl-ewwel taqsima kienu kruċjali għar-rebħa Franċiża, kif ukoll l-involviment ta’ Penaud u Jaminet fit-tieni taqsima li t-tnejn skorjaw it-tries tagħhom.

Melvyn Jaminet ikkonkluda l-partita fis-77 minuta meta rċieva l-ballun twil u b’dawra qabeż il-linja u għalaq il-partita kompletament.