Lokali Sport

SPORT: Clifton Grima jgħid li “hemm differenza bejn il-kliem u l-fatti”

...wara li l-Prim MInistru tkellem dwar l-isport bħala 'passatemp'

Kienu ħafna l-isportivi li kienu urtati ferm bil-kummenti tal-Prim Ministru fl-aħħar jiem, li rrelega l-isport għal sempliċi hobby biex jipprova jiġġustifika għalfejn żamm l-isport wieqaf minkejja li fetaħ l-iskejjel.

Issa, is-Segretarju Parlamentari dwar l-Isport, mistoqsi propju dwar dan id-diskors li uża Abela,qal lil Net News li hemm differenza bejn il-kliem u l-fatti.

Il-mod li bih is-Segretarju Parlamentari wieġeb għall-mistoqsijiet tagħna, ma ta l-ebda serħan il-moħħ jew konsolazzjoni lill-isportivi li sal-lum għadhom bla tweġiba dwar meta se jerġgħu jkunu jistgħu jipprattikaw l-isport tagħhom.

Dan minkejja li, ironikament, fl-aħħar sigħat ħarġu dati ta’ attivitajiet li se jattiraw il-mases tan-nies f’pajjiżna, aktar tard din is-sena.