Sport Waterpolo

Waterpolo – Exiles jikkonfermaw posthom

Marsascala Nutrition Empire…..9
Exiles Ferretti…………….15
(0-5), (3-4), (3-4), (3-4)

Exiles ikkonfermaw posthom fil-Kampjonat Premier għal staġun ieħor meta fit-tieni logħba mir-Relegation Decider reġgħu għelbu faċilment liċ-Champions tal-Ewwel Diviżjoni Marsascala Nutrition Empire 17-9.
Il-konfront bħal dak tas-Sibt kien bla storja b’Exiles jikkontrollaw il-partita bil-barranin Marco Cuk u Romain Blary lanqas biss jilagħbu. Marsascala niżlu b’anqas plejers mil-logħba preċedenti hekk kif minbarra l-barranin Torok u Pasztor kien hemm neqsin ukoll Clyde Bonello, Matthew Pace, Kyle Navarro u Christian Mifsud bil-gowlkiper Keith Schembri ikollu jilgħab mumenti bħala plejer hekk kif mal-iskwadra kien hemm tliet plejers li jifformaw parti mit-tim ta’ taħt it-13-il sena.

Exiles skorjaw ħames gowls fl-ewwel sessjoni u baqgħu jamministraw tul il-partita b’Marsascala jiskorjaw f’xi waqtiet.

Marsascala: B. Muscat, J.C. Cutajar (2), K. Schembri (1), F. Borg, L. Grixti, J. Cremona (2), S. Micallef, K. Cremona, D. Cassar (4), D. Xuereb

Exiles: I. Bugeja, J. Rizzo Naudi, L. Felice (1), D. Pace Lupi (2), R. Blary, J. Spiteri Staines (4), J. Bajada, K. Griscti (2), S. Galea Pace, A. Bianchi (4), M. Cuk, P. Paris (1), K. Lanzon (3)
Referee: Peter Balzan, Massimo Angileri