Lokali Transport

10,000 download ta’ Tallinja app fi tlett ijiem

Fi stqarrija Malta Public Transport ħabbret li minn nhar it-Tlieta sa llum kien hemm aktar minn 10,000 download tat-tallinja app il-ġdida. Il-funzjoni primarja ta’ din l-app, li hi bla ħlas, hi li tagħti informazzjoni fil-ħin attwali rigward is-servizz tat-trasport pubbliku lill-klijenti.

“In-numru ta’ downloads fl-ewwel ftit ġranet jidher inkoraġġanti. Irċivejna kummenti pożittivi mingħand ilklijenti regolari tagħna u aħna kuntenti li din l-app qed tkun ta’ użu għalihom,” qal Konrad Pulé, General Manager ta’ Malta Public Transport.

L-app tagħti benefiċju lill-persuni li jagħmlu użu mit-tallinja card. Permezz ta’ registrazzjoni online, huma jistgħu jiċċekjaw il-bilanċ tal-card, jittopjaw il-card u jaraw ukoll il-vjaġġi tal-linja li jkunu għamlu u ttranzazzjonijiet.

Il-klijenti jistgħu isibu l-app billi jfittxu “tallinja” fuq l-App Store tal-iPhone jew il-Google Play Store kif indikat hawn taħt:

iPhone: https://itunes.apple.com/mt/app/tallinja/id1074287322?mt=8
Android: https://play.google.com/store/apps/details?id=com.mp