Lokali

NEWSDESK: Ann Fenech twieġeb id-domandi tiegħek

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar numru ta’ temi politici attwali. Il-President tal-Eżekuttiv Dr. Ann Fenech se tkun qed twieġeb għad-domandi tas-semmiegħa.

Fost oħrajn se jiġi diskkuss l-iskandlu tal-Istrada Zekka, il-proġett ta’ bini ta’ università fil-Ponta taż-Żonqor f’Marsaskala u t-tibdil fil-Kodiċi tal-Etika biex b’hekk Ministri se jkunu jistgħu jiprattikaw il-professjoni tagħhom.

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fis-6.20pm fuq Radio 101.

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.