Kultura Kunsilli Lokali Lokali

12-il għaqda tan-nar se jieħdu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar

Il-Kunsill Lokali tal-Floriana ħabbar fuq is-sit tiegħu li se jerġa’ jorganizza l-Festival Nazzjonali tal-Logħob tan-Nar tal-Art Mekkanizzat fuq fi Pjazza San Publju, nhar is-Sibt 9 t’April, 2016. Din is-sena taħbat l-għaxar edizzjoni ta’ dan il-festival li kull ma’ jmur qiegħed jikber. Il-festival ta’ din is-sena se jerġa’ jkun wieħed kompetittiv u b’parteċipazzjoni kbira, infatti din is-sena 12-il għaqda tan-nar se ikunu qed jikkompetu għat-titlu Nazzjonali.

Il-Kmamar tan-Nar li se jieħdu sehem din is-sena fil-Festival Nazzjonali tan-Nar tal-Art huma dawn;

• St. Margaret Fireworks Association – Sannat – Għawdex

• 15th August Fireworks Factory – Victoria – Għawdex

• Our Lady of Nativity Fireworks Association – Mellieħa

• Fontana Fireworks Association – Fontana – Għawdex

• St. Paul Fireworks Association – Ħal Safi

• St. Joseph Frieworks Factory – Ħaż-Żebbuġ

• 22nd February Fireworks Association – Birżebbuġa

• Mount Carmel Fireworks Factory – Żurrieq

• Zejtun Band Pyrothecnic Commission – Żejtun

• St. Bartholomew Fireworks Factory – Ħar-Għargħur

• 15th August Fireworks Factory – Mosta

• St. Leonard Fireworks Factory – Ħal Kirkop

Ritratt: Times of Malta