Internazzjonali

19-il persuna jinqatlu wara attakk minn raġel armat b’sikkina

Mill-inqas 19-il persuna nqatlu u 45 oħra ndarbu wara li raġel qabad jattakka lil kull min sab quddiemu, waqt li kien armat b’sikkina.

Il-każ seħħ f’dar residenzjali għal persuni b’diżabiltà f’Sagamihara, qrib il-kapitali tal-Ġappun, Tokyo.

Erba’ minn dawk li sofrew xi ġrieħi jinsabu f’qagħda kritika. Ir-raġel, li jdiher li kien jaħdem fl-sitess dar residenzjali fil-passat, ħarab mill-post iżda iktar tard ta ruħu b’idejh lill-Pulizija.