Lokali

25 persuna arrestati wara sejbiet tad-droga

Drogi varji - ritratt mill-arkivji

25 persuna ta’ bejn it-18 u l-41 sena kienu arrestati wara sejbiet tad-droga f’diversi partijiet madwar Malta.

Il-Persuni arrestati, kollha minn Malta, kellhom fil-pussess droga ecstacy, raża tal-kannabis kif ukoll parti minn pjanta tal-kannabis.

Uħud mill-arresti saru f’ċirkostanzi li juru li l-imsemmija droga ma kinetx għall-użu esklussiv tagħhom iżda biex tiġi ttraffikata.