Lokali

Aaron Zahra ser jkun ordnat Djaknu fil-komunita’ Dumnikana

L-Arċisqof Emeritu Mons. Pawlu Cremona O.P., ser jordna lil Br. Aaron Zahra O.P. bħala Djaknu, nhar is-Sibt 7 ta’ Mejju 2016, fis-Santwarju tal-Madonna tal-Għar u San Duminku, r-Rabat fis-6:30p.m.

L-Ordinazzjoni ser tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġublew tal-Ordni Dumnikan f’Malta. Din is-sena l-Ordni tal-Predikaturi qiegħed jiċċelebra it-800 sena mill-approvazzjoni tiegħu. Br. Aaron Zahra għandu 28 sena, hu huwa minn M’Xlokk.

Huwa bħalissa qed jagħmel l-istudji tat-teologija f’Dublin, l-Irlanda. Bhala Djaknu Br. Aaron ser ikollu d-dmir li jassisti lill-Isqof u lill-presbiteri fiċ-ċelebrazzjonijiet tal-misteri qaddisa u tal-Ewkaristija, u li jqarben, jassisti ż-żwieġ u jbierku, li jxandar l-Evanġelju u jippriedka, jmexxi l-funerali u jiddedika ruħu għal kull qadi ta’ mħabba.

Id-Dumnikani talbu biex ikomplu għal aktar vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi fi ħdan il-Knisja.