Lokali

Aġġornata b’Filmat: Ħaddiem żagħżugħ imut fit-Tarzna ta’ Palumbo

Ħaddiem żagħżugħ Taljan tilef ħajtu fit-Tarzna ta’ Palumbo wara li ntlaqat f’rasu minn parti ta’ magna li kienet qed tintuża’ biex tħoll ċima ħalli jintrabat vapur tal-passiġġieri li ddaħħal fit-Tarzna għall-ħabta tad-9.30am.

Il-ħaddiem Taljan, ta’ 27 sena, tilef ħajtu fil-post.

Fil-post, marru diversi Uffiċjali mill-Korp tal-Pulizija, kif ukoll membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, filwaqt li nfetħet ukoll Inkjesta Maġisterjali, bil-Maġistrat tal-għassa Joe Mifsud ħatar diversi esperti biex jassistuh.