Lokali

Aġġornata bil-Filmat: Filippin jitlef ħajtu wara li nqabad taħt forklifter

Ħaddiem Filippin ta’ 50 sena residenti San Ġiljan tilef ħajtu f’inċident li seħħ il-Ħamis filgħodu, għall-ħabta tat-8am, fl-Imqabba.

Minn informazzjoni li kiseb NETnews.com.mt jirriżulta li fl-inċident, li seħħ f’boatyard fl-inħawi magħrufa bħala Għad-Dejma, ir-raġel inqabad taħt forklifter. Fil-post waslu Ambulanza u membri mill-Korp tal-Pulizija u mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Madankollu, l-intervent tat-tim mediku mill-Isptar Mater Dei kien inutli, hekk kif il-Filippin kien iċċertifikat mejjet fil-post. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ, filwaqt li nfetħet Inkjesta Maġisterjali.

Dan hu t-tieni inċident fatali fil-post tax-xogħol għal din is-sena, wara li fit-18 ta’ Jannar li għadda, ħaddiem miet fit-Tarzna ta’ Palulmbo. Anke f’dak il-każ, il-vittma kien barrani.

INCIDENT